Qatt waqaft taħseb dwar il-ħlejjaq ċkejknin li jitkaxkru, itiru, u jitbaqbqu madwarna? Għalkemm huma kreaturi żgħar u għandhom dehra kemxejn stramba, insetti bħall-ħanfus għandhom rwol importanti immens u, bis-saħħa tagħhom, id-dinja ta’ madwarna tibqa’ għaddejja bla xkiel. Mela ejja nidħlu fid-dinja inkredibbli tagħhom!
Kont taf li l-ħniefes jifformaw kważi 36% tal-ispeċi kollha tal-insetti magħrufa u 24% tal-ispeċi kollha tal-annimali? Il-ħanfusa tista’ titqies bħala s-SuperStar tad-dinja tal-insetti! Dawn il-ħlejjaq ċkejknin li jvarjaw fl-għamla tagħhom, fil-lewn u fil-forma, tista’ ssibhom f’kull kontinent – apparti fl-Antartika. Minbarra li titgħaxxaq tħares lejn dawn il-kreaturi ċkejknin, interessanti wkoll li tifhem ir-rwol tant importanti tagħhom.
Ejja nieħdu l-ħanfusa tad-demel (Dung Beetle/ Scarabaeus viettei), pereżempju. Għalkemm m’għandhiex l-isbaħ xogħol, din l-ispeċi ta’ ħanfusa hija l-aktar kreatura b’saħħitha fid-dinja meta mqabbla ma’ kreaturi oħrajn tad-daqs tagħha. Immaġina ħanfusa timbotta u tirrombla xi ħaġa li hija ħafna itqal minnha – issa immaġina lilek innifsek tiġbed trakk kollu waħdek! Waqt li ċċaqlaq id-demel ta’ madwarha, din l-ispeċi ta’ ħanfusa tgħin tnaddaf l-iskart u tiffertilizza l-ħamrija li tgħin lill-pjanti jikbru.
Il-ħanfusa tad-demel (Dung Beetle/ Scarabaeus viettei)
Il-ħanfusa, flimkien ma’ insetti oħrajn, għandha rwol ewlieni fl-ekosistema. Insetti bħan-naħal, id-dubbien, il-friefet, il-baħrijiet u xi speċi ta’ ħanfus, jgħinu fid-dakkir tal-fjuri u l-frott. Kont taf li kieku ma kienx għax-xogħol siewi li jwettqu l-insetti, kien ikollna ħafna inqas pjanti, fjuri, frott u ikel? L-insetti jifformaw parti importanti ferm mill-katina tal-ikel, għall-għasafar, rettili, u annimali oħra. Pereżempju, in-nannakola tiekol insetti li jattakkaw il-pjanti, u sservi bħala pestiċida tan-natura!
Bħalissa l-Esplora, qed naħdmu fuq show tax-xjenza ġdid li se jiffoka fuq l-impatt li għandha l-bidla fil-klima fuq l-ekosistema u fuq l-insetti. Waqt dan is-show se tkun tista’ tiskopri kif dawn l-insetti ħabrieka jikkontribwixxu lejn il-bijodiversità, jiġifieri l-varjetà ta’ forom ta’ ħajja li jeżistu fid-dinja, u għaliex għandna nipproteġu l-abitati tagħhom.
Dan ix-show ġdid tax-xjenza se jibda jittella’ fis-sena skolastika li jmiss. Biex tikseb aktar informazzjoni dwar dan ix-show żur is-sit elettroniku tagħna www.esplora.org.mt
Meta tara ħanfusa aħseb ftit dwar l-impatt kbir li kreatura daqshekk ċkejkna għandha fuq id-dinja tagħna! Oqgħod attent li ma tmurx tirfisha bi żball għax in-nuqqas tagħha se jinħ
Studentillum
Copyright © 2025 Studentillum - All Rights Reserved.
We use cookies to analyze website traffic and optimize your website experience. By accepting our use of cookies, your data will be aggregated with all other user data.