Studentillum
Studentillum
More

Premji għall-Brillantini tal-Qari

Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru 2024, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizzat serata ta’ ċelebrazzjoni li fiha ppremjat lill-Brillantini tal-Qari tal-2024. 


F’din iċ-ċelebrazzjoni l-Brillantini tal-Qari wrew it-talenti tagħhom permezz ta’ attivitajiet differenti, jiġifieri, żfin, qari ta’ poeżiji, daqq ta’ strumenti mużikali (bħall-pjanu u l-vjolin), wiri ta’ filmati u reċtar, fost oħrajn. Mexxiet is-serata l-Ambaxxatriċi tal-Qari, Nicole Vella megħjuna mill-Brillantina tal-Qari, Clarice Bugeja. 


Fi tmiem is-serata, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, is-Sur David Muscat u s-Sur Stephen Agius minn Merlin Library taw sett kotba u ċertifikat lill-Brillantini tal-Qari bħala tifkira ta’ din l-okkażjoni. Għat-tielet sena konsekuttiva, iċ-ċelebrazzjoni saret fl-Iskola Medja Tal-Ħandaq, fil-Kulleġġ San Injazju. 

1/2

Fl-2024, 69 tifel u tifla ngħataw it-titlu ta’ Brillantin/a tal-Qari. 


L-istudenti rebbieħa, li l-età tagħhom tvarja minn 4 snin sa 15-il sena kienu: Faith Said, Eloïse Pellegrini, Kay Spiteri, Samantha Cassie Cadiz, Ben Tabone, Diego Catania Galea, Maia Farrugia, Emma Xerri, Gigi Vella, Joy Cauchi, Keith Balzan, Nathan Tabone, Tiago Pace, Benjamin Vella, Dave Said, Giuseppe Cauchi, Ilai Spiteri, Jamie Farrugia Briffa, Judy Adwal, Judy Bellizzi, Lucia Caruana, Luke Schembri, Lydon Fenech, Malak Adwal, Mattia Zahra, Nathan James Gatt, Nina Vella, Qiaoyi Fu, Sarah Elise Spiteri, Cesco Calleja, Christopher Pisani, Ena Attard, Jacob Abela, Jacques Sammut, Lele Calleja, Paula Testa, Ylenia Sammut Corso, Zack Portelli, Aaleyah Mallia, Clara Spina, Elisa Ellul, Ella May Kawalec, Enya Zammit, Julia Xuereb, Kym Mifsud, Leah Sant Mercieca, Nina Haber, Abner Yegor Debono Dalli, Andrei Micallef Cassar, Cristelle Marie Agius, Eliza Portelli, Emily Caselli, Jake Said, James Gerada, Juljan Cassar, Luca Grech, Matthias Bilocca, Milena Montebello, Mirko Magro, Zack Caruana, Alexander Bugeja, Julia Mintoff, Luca Zahra, Eloise Fenech, Gabrielle Faye Mizzi, Michaela Attard, Rebekah Attard, Elisa Caruana, u Julia Spiteri.


Il-Brillantini tal-Qari hija inizjattiva tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu sponsorjata parzjalment minn Merlin Library. Bis-saħħa ta’ din l-inizjattiva, l-Aġenzija tirrikonoxxi l-entużjażmu tat-tfal u l-adolexxenti għall-qari. 


It-tfal u l-adolexxenti li jixtiequ jissieħbu f’din l-inizjattiva huma mħeġġa juru l-ħerqa tagħhom għall-qari billi jieħdu sehem fil-kompetizzjoni tal-istess inizjattiva. 


L-informazzjoni kollha dwar il-kompetizzjoni ssibha fil-paġna ta’ Facebook ‘Brillantini tal-Qari’: https://www.facebook.com/readingstarsmalta/. 


Min ikun jixtieq aktar dettalji jista’ jċempel fuq 25983319.

  • Home

Studentillum

Copyright © 2025 Studentillum - All Rights Reserved.

This website uses cookies.

We use cookies to analyze website traffic and optimize your website experience. By accepting our use of cookies, your data will be aggregated with all other user data.

Accept