Studentillum
Studentillum
More

Xalata ta’ Kitba fil-Vatikan u Ruma

Nhar il-Ġimgħa, 14 ta’ Marzu 2025, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, bis-sehem tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, organizzat Xalata ta’ Kitba għal 63 Brillantin/a tal-Kitba mill-iskejjel primarji tal-istat fil-belt tal-Vatikan u Ruma. 


Il-Brillantini tal-Kitba huma studenti tas-sitt sena tal-primarja (Year 6) li jibbrillaw fil-kitba. Kull skola primarja tal-istat għażlet tifel jew tifla biex tipparteċipa f’din l-attività kulturali u edukattiva. 


L-għażla tal-istudenti saret skont il-marka/grad li ġabu l-istudenti fil-komponent tal-kitba kreattiva fl-eżamijiet jew assessjar annwali tal-Malti u l-Ingliż tal-ħames sena (Year 5) tas-sena skolastika li għaddiet (2023-2024).


Fil-mawra tagħhom fil-belt kapitali tal-Italja u l-Vatikan, l-istudenti ttieħdu jaraw il-Bażilika ta’ San Pietru fil-Belt tal-Vatikan, Piazza del Popolo, Terrazza di Pincio, Via del Corso, Colonna di Marco Aurelio, Palazzo Chigi, Palazzo Montecitorio, Piazza della Rotunda, Pantheon, Piazza Sant’Ignazio, Fontana di Trevi, Piazza di Spagna, il-Foro Romano, il-Kolossew, il-Palatino, Circo Massimo u Terme di Caracalla.

Studenti fil-mawra tagħhom fil-Vatikan

1/2

Fost attivitajiet oħra, il-brillantini fasslu abbozz ta’ kartolina fuq il-karti mogħtija, xtraw kartolina u bolla mill-gabbana ta’ Pjazza San Pietru, kitbu fuqha messaġġ lil qrabathom u bagħtuhielhom bil-posta. 


L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tixtieq tirringrazzja lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, is-Sur Matthew Vella, lill-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Vatikan, is-Sur Frank Zammit u l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Italja, is-Sur Daniel Azzopardi tas-sehem tagħhom fit-tfassil u t-twettiq ta’ din l-attività. 


Irroddu ħajr ukoll lill-impjegati tal-Aġenzija, l-uffiċjali edukattivi, il-kapijiet tad-dipartiment tal-litteriżmu u l-għalliema li mexxew u ħadu ħsieb it-tfal tul din ix-xalata ta’ kitba u kultura.  


Ta’ min ifakkar li kull xahar l-Aġenzija torganizza xalata ta’ kitba għall-familji f’post storiku, rurali jew kulturali f’Malta jew Għawdex. 


Min ikun irid aktar informazzjoni jista’ jċempel 2598 3326 jew iżur il-paġna tal-Facebook tax-Xalati tal-Kitba. 


Kitba ta’ David Muscat

Kap tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

  • Home

Studentillum

Copyright © 2025 Studentillum - All Rights Reserved.

This website uses cookies.

We use cookies to analyze website traffic and optimize your website experience. By accepting our use of cookies, your data will be aggregated with all other user data.

Accept