Studentillum
Studentillum
More

Naqraw bl-Eżempju Tagħhom: L-Ambaxxaturi tal-Qari

X’għandhom komuni Carlos Farrugia u Valerie Vella?

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu ilha għal dawn l-aħħar għaxar snin torganizza attivitajiet ta’ qari għall-gost fl-iskejjel u spazji pubbliċi bis-sehem ta’ personalitajiet magħrufa lokali. L-għan ta’ dawn l-attivitajiet huwa li nħeġġu lill-istudenti japprezzaw il-kotba u jaqra aktar. 


Fost l-Ambaxxaturi hemm sportivi, awturi, kantanti, atturi, żeffiena, preżentaturi, xandara u ġurnalisti. Apparti mill-Ambaxxaturi msemmija hawn fuq, f’dawn l-aħħar xhur taw sehemhom f’dan il-programm ukoll Kim Dalli, Keith Demicoli, Ruth Frendo, Taryn Mamo Cefai, Nicole Vella, Rowen Muscat u Kelly Peplow. 


L-attività, ħafna drabi, tkun magħmula minn sessjoni ta’ qari, bil-Malti jew bl-Ingliż, mill-Ambaxxatur tal-Qari u diskussjoni qasira fuq il-ktieb li jkun inqara. 

Nicole Vella

1/2

Ftakar dejjem li fil-ħamrija fejn jikbru dawn il-fjuri jgħixu ħlejjaq ċkejknin bħall-għasafar u l-insetti, għalhekk jekk tista’ taqax għat-tentazzjoni li taqta’ l-fjuri selvaġġi meta tkun fil-kampanja, għax tkun qed taffettwa wkoll il-kwalità tal-ħamrija li sservi ta’ kenn għal dawn il-kreaturi.


Kif tista’ tgħin?


M’hemmx bżonn li tkun xi espert biex tagħti l-kontribut tiegħek lill-ekosistemi! Imqar kieku kellek sempliċiment tiżra’ xi speċi indiġena fil-ġnien tad-dar tiegħek, ukoll tkun qed tagħmel differenza. 


Dejjem tajjeb li tissapportja l-isforzi li jsiru mill-għaqdiet għall-konservazzjoni tal-ambjent li jagħmlu ħafna ġid billi jipproteġu s-sbuħija tan-natura ta’ madwarna, li ngħiduha kif inhi, mingħajrha m’aħna xejn!


Matul il-ġimgħa ddedikata lill-fjuri selvaġġi, mhux biss għandek tapprezzahom minħabba s-sbuħija tagħhom peress li jpaxxuna bil-kuluri u l-fwejjaħ li jarmu, imma tagħmel tajjeb li tipprova tqajjem kuxjenza dwar l-importanza ta’ dawn il-ħlejjaq umli fid-dinja ta’ madwarna!

  • Home

Studentillum

Copyright © 2025 Studentillum - All Rights Reserved.

This website uses cookies.

We use cookies to analyze website traffic and optimize your website experience. By accepting our use of cookies, your data will be aggregated with all other user data.

Accept