Robert Abela huwa l-Prim Ministru ta’ Malta, u ilu Prim Ministru minn Jannar tal-2020.
Huwa twieled fis-7 ta’ Diċembru 1977 f’Tas-Sliema u trabba f’Ħal Għaxaq u Marsaskala flimkien ma’ oħtu Marija. Missieru, George Abela, kien President ta’ Malta bejn l-2009 u l-2014.
Minn età żgħira, Abela kien jinteressa ruħu f’attivitajiet sportivi bħall-futbol, u saħansitra lagħab bħala gowler għat-tim nazzjonali taż-żgħażagħ. Huwa wkoll ħa sehem f’kompetizzjonijiet tal-bodybuilding.
Wara li studja l-liġi fl-Università ta’ Malta, Abela sar avukat speċjalizzat fil-liġi tal-industrija u tax-xogħol. Fl-2017 huwa ġie elett fil-Parlament għall-ewwel darba.
Fl-2020, wara li Joseph Muscat irriżenja minn Prim Ministru, Abela rebaħ l-elezzjoni interna tal-Partit Laburista biex sar mexxej tal-partit u Prim Ministru ta’ Malta.
Abela llum jgħix ma’ martu Lydia u binthom Giorgia Mae. Huwa jgħid li jaħdem ħafna biex itejjeb ħajjet in-nies f’Malta, speċjalment billi joffri aktar opportunitajiet għall-familji u għaż-żgħażagħ.
Studentillum
Copyright © 2025 Studentillum - All Rights Reserved.
We use cookies to analyze website traffic and optimize your website experience. By accepting our use of cookies, your data will be aggregated with all other user data.