Minn Lady Gaga sa Nelly Furtado, bosta artisti ta’ fama mondjali taw prestazzjoni tal-blieh fuq il-Fosos tal-Furjana. Din is-sena hemm lista ta’ kantanti li ħa jerġgħu jimlew il-Fosos bin-noti melodjużi tal-mużika tant maħbuba tagħhom.
Fost l-iżjed kantanti magħrufa li ħa jkanta fuq il-palk din is-sena hemm Damiano David, il-kantant tal-grupp Måneskin li rebaħ il-Eurovision Song Contest tal-2021 bid-diska ikonika ‘Zitti e Buoni’. Fl-2024, David beda l-karriera tiegħu bħala kantant indipendenti fejn ħareġ l-ewwel album tiegħu bit-titlu ta’ ‘Funny Little Fears’.
Il-kantant tkellem mal-midja fejn qal li avolja qatt ma ġie Malta, xorta waħda huwa veru eċitat hekk kif ħuh iddiskriva lil Malta bħala post b’ikel u nies bomba.
Kantant ieħor li wieħed tajjeb li jinnota fost dawk li ħa jkantaw huwa ALOK, DJ Brażiljan magħruf bħala r-raba’ l-aħjar DJ tad-dinja. L-iżjed diska popolari t’ALOK hija ‘Hear Me Now’ li ddominat numru ta’ klassifiki internazzjonali. ALOK beda l-karriera mużikali tiegħu ta’ 12-il sena u minn hemm baqa’ tiela l-klassifiċiki u anke ġie ppremjat bħala l-aħjar DJ tal-Brażil.
Ella Henderson ħa tingħaqad ma’ dawn it-tnejn sabiex tifforma l-lista tal-kantanti għall-Isle of MTV ta’ din is-sena. Henderson bdiet il-karriera mużikali tagħha fl-2012 fuq il-programm televiżiv ‘The X Factor UK’, fejn avolja ma rebħitx xorta waħda rebħet qalb is-segwaċi.
Waqt l-avveniment ħa tagħti prestazzjoni wkoll il-kantanta Maltija Miriana Conte. Conte għadha kif ġejja friska friska mill-Iżvizzera, fejn hi rrappreżentat lil Malta waqt l-Eurovision ta’ din is-sena bid-diska ‘Serving’.
Studentillum
Copyright © 2025 Studentillum - All Rights Reserved.
We use cookies to analyze website traffic and optimize your website experience. By accepting our use of cookies, your data will be aggregated with all other user data.